L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T EA) tiżgura l-implimentazzjoni u t-tmexxija teknika u finanzjarja tal-programm tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T).
L-Aġenzija li twaqqfet fl-2006, għandha mandat sal-31 ta’ Diċembru 2015. Ħidmietha fit-tmexxija ta’ proġetti ewlenin infrastrutturali tat-trasport meħudin mill-perspettivi finanzjarji ta’ l-2000-2006 u l-2007-2013 issir b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ d-Direttorat Ġenerali responsabbli minnha, jiġifieri dak inkarigat mill-Mobbiltà u Trasport (MOVE) fil-Kummissjoni Ewropea. DĠ MOVE jibqa’ responsabbli mill-politika ġenerali, l-ipprogrammar u l-evalwazzjoni tal-programm TEN-T.
L-Aġenzija għandha tim multinazzjonali magħmul minn speċjalisti b’esperjenza fil-finanzi, it-tmexxija tal-proġetti, kif ukoll l-affarijiet ġuridiċi u ta’ l-inġinerija. Hija bbażata fi Brussell.
|